Relazzjonijiet transatlantiċi

This page is also available in

L-UE, l-Istati Uniti u l-Kanada jaqsmu l-valuri tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u l-libertà ekonomika u politika u l-preokkupazzjonijiet tagħhom dwar il-politika barranija u s-sigurtà huma komuni għat-tlieta li huma. L-Istati Uniti u l-Kanada huma fost l-imsieħba kummerċjali ewlenin tal-UE u huma wkoll imsieħba fejn jidħol it-tiswir tal-ordni legali internazzjonali. Illum il-ġurnata, ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi jseħħu f’ambjent ġdid u qed jiffaċċjaw sfidi dejjem jikbru. Aħna nqisu li l-kontribut tas-soċjetà ċivili f’din ir-relazzjoni jipprovdi garanzija li r-relazzjonijiet trans-Atlantiċi jkunu f’pożizzjoni jissodisfaw l-aspettattivi tal-pubbliku u jikkontribwixxu effettivament għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni li tkun ta’ ġid reċiproku.

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada (CETA) u l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika ġew iffirmati fit-30 ta’ Ottubru 2016. Aħna ser inħabirku biex is-soċjetà ċivili tinvolvi ruħha kontinwament fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet. In-negozjati dwar Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) bejn l-UE u l-Istati Uniti bħalissa jinsabu weqfin. Madankollu, in-negozjati dwar it-TTIP ikkontribwixxew għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-soċjetà ċivili fl-UE u l-Istati Uniti u għad-definizzjoni tal-fehmiet tas-soċjetà ċivili dwar liema forma għandha tieħu r-relazzjoni kummerċjali futura bejn l-UE u l-Istati Uniti. Dawn il-kisbiet m’għandhomx jintilfu. Il-Kumitat ta’ Segwitu tagħna dwar ir-Relazzjonijiet Trans-Atlantiċi twaqqaf f’Settembru 2014 b’mandat li jissorvelja r-rabtiet trans-Atlantiċi mas-soċjetà ċivili u stabbilixxa djalogu u konsultazzjoni regolari dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet mal-Istati Uniti u l-Kanada.

Displaying 1 - 1 of 1
Novembru 2014
Newsletter

Publication prepared for the TTIP Roundtable, organised by the Employers' Group on 16 December. The representatives of business from Europe and US present their views on Transatlantic Trade and Investement Partnership.

 

Downloads: 

What does business expect from TTIP