L-Asja u l-Paċifiku

This page is also available in

Fl-Asja, il-KESE għandu relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fiċ-Ċina, il-Ġappun, Singapore, il-Korea t’Isfel u l-Vjetnam.

Maċ-Ċina hemm Round Table tas-Soċjetà Ċivilili ġiet stabbilita fl-2007 wara d-9 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina u tiltaqa’ darba fis-sena.

Fi Frar  2009, ġie stabbilit Kumitat ta’ Segwitu mal-Ġappun biex jimmonitorja d-dimensjoni tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġappun u jippromovi kooperazzjoni bejn il-KESE u l-organizzazzjonijiet tan-negozju, tal-ħaddiema, tal-konsumatur u dawk ambjentali u organizzazzjonijiet ewlenin oħra tas-soċjetà ċivili fil-Ġappun. Twaqqaf Grupp Konsultattiv Domestiku UE-Ġappun fi ħdan il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun, li jagħti rwol ta’ monitoraġġ u konsulenza lis-soċjetà ċivili fil-kapitolu tiegħu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.L-UE kkonkludiet ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mal-pajjiżi Asjatiċi li ġejjin: il-Korea t'Isfel (2011), il-Ġappun (2019) u l-Vjetnam (2020). Dawn il-ftehimiet huma karatterizzati mill-inklużjoni ta’ kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, u jagħtu lill-KESE u lil organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili – flimkien mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi msieħba – rwol formali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom u l-għoti ta’ konsulenza lill-awtoritajiet politiċi rilevanti fl-oqsma tal-istandards ambjentali, soċjali u tax-xogħol u kwistjonijiet oħra ta’ rilevanza diretta għas-soċjetà ċivili permezz tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi. Il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE jiltaqgħu darbtejn jew tliet darbiet fis-sena u darba fis-sena tiġi organizzata laqgħa konġunta.

Barra minn hekk, il-KESE jidħol f'kuntatt mas-soċjetà ċivili f’pajjiżi oħrajn tal-Asja u f’avvenimenti internazzjonali rilevanti fuq bażi ad hoc.

Displaying 1 - 1 of 1
28/03/2019
Jonathan Peel during the plenary session
News

The European Economic and Social Committee (EESC) has adopted at its March plenary session an opinion on the Joint Communication "Connecting Europe and Asia – Building blocks for an EU Strategy", issued by the European Commission and the EU High Representative in September 2018. The EESC considers it to be a seriously missed opportunity, with many significant strategic gaps, little ambition and no real depth of vision offered as to the development of EU's relationship and connectivity with Asia.