L-Amerika Latina u l-Karibew

This page is also available in

Il-KESE ilu jaħdem mal-organizzazzjonijiet imsieħba mill-Amerika Latina u l-Karibew mis-snin desgħin. Diversi Opinjonijiet tal-KESE ffukaw fuq ir-relazzjonijiet ma’ dan ir-reġjun, f’livell reġjonali, subreġjonali u nazzjonali. Il-prijoritajiet tal-KESE jinkludu l-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-integrazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni fl-isfera multilaterali.

Fil-livell reġjonali, il-KESE jorganizza laqgħat biennali bejn ir-rappreżentanti tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa, fl-Amerika Latina u fil-Karibew, bħala wieħed mill-avvenimenti ta’ tħejjija qabel is-Summit EU-CELAC.

Fil-livell subreġjonali u nazzjonali, ġew stabbiliti diversi strutturi permanenti: fl-2009, il-KESE waqqaf Round Table tas-soċjetà ċivili mal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Brażiljan bil-għan li jipprovdi forum għad-djalogu u l-kooperazzjoni kontinwa bejn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-Brażil u mill-Ewropa. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċilì ta lill-Kumitat mandat biex jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-kontraparti tiegħu mis-soċjetà ċivili Ċilena, bil-għan li jiġi ssorveljat il-ftehim, li fl-aħħar mill-aħħar ġie stabbilit fl-2016. Fejn jidħlu l-pajjiżi tal-Komunità Andina, il-KESE jieħu sehem fil-Grupp Konsultattiv Domestiku li jissorvelja l-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Kolombja/il-Perù/l-Ekwador. Jipparteċipa wkoll fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-UE, li jissorvelja l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika CARIFORUM-UE. Ġew stabbiliti relazzjonijiet permanenti mal-kontrapartijiet istituzzjonali tal-KESE fil-MERCOSUR (il-Forum Konsultattiv Ekonomiku u Soċjali) u fl-Amerika Ċentrali (il-Kumitat Konsultattiv tas-Sistema tal-Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali).

Displaying 1 - 1 of 1
Publication
6 pages

The EESC’s activities in Latin America takes place in the framework of European Union (EU) policy on the region and, more specifically, through the strategic partnership between the EU, Latin America and the Caribbean (LAC), negotiations on association agreements with Central America, Mexico, Chile and Mercosur, the free trade agreement with Peru and Colombia and the EU-Brazil strategic partnership.

Published in: 
2015