Ir-Russja

This page is also available in

L-impenn tal-KESE b’rabta mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-Russja huwa rregolat mill-ħames prinċipji gwida għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja miftiehma mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Wieħed minn dawn il-prinċipji gwida huwa l-“appoġġ għall-kuntatti bejn in-nies”.

Id-djalogu u l-iskambju ta’ esperjenzi bejn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-UE u r-Russja jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tkomplija tal-implimentazzjoni tas-Sħubija Strateġika bejn l-UE u r-Russja. Il-KESE adotta approċċ f’żewġ livelli għar-relazzjonijiet tiegħu mas-soċjetà ċivili Russa, bil-għan li jinvolvi ruħu mal-iżjed firxa wiesgħa possibbli ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Minn naħa, iżomm relazzjonijiet mal-Kamra Ċivika tal-Federazzjoni Russa, il-kontraparti uffiċjali tiegħu fir-Russja, u jorganizza, fost affarijiet oħrajn, seminars konġunti annwali dwar suġġetti ta’ interess għas-soċjetà ċivili fiż-żewġ naħat. L-imsieħeb l-ieħor tal-KESE huwa l-Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-Russja, li jlaqqa’ flimkien sett differenti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-Russja huwa korp intern tal-KESE li jaġixxi bħala grupp ta’ tmexxija u huwa responsabbli għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ relazzjonijiet u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u seminars konġunti mas-soċjetà ċivili fir-Russja.

Displaying 11 - 12 of 12

Pages

Pages