Ġirien tal-Lvant

This page is also available in:

L-attivitajiet tal-KESE li jikkonċernaw il-Ġirien tal-Lvant jinvolvu l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarussja, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukrajna. L-għan ewlieni tal-KESE fir-rigward tal-Ġirien tal-Ewropa tal-Lvant huwa li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-reġjun u li jinvolvihom fi djalogu kemm ma’ dawk li jfasslu l-politika nazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE.

Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ewlenin mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna huma l-Pjattaformi tas-Soċjetà Ċivili li jikkomplementaw il-korpi politiċi eżistenti fi ħdan il-qafas tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tal-UE ma’ dawn il-pajjiżi. Il-Pjattaformi jippermettu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm tal-UE kif ukoll tal-pajjiż imsieħeb biex jimmonitorjaw il-proċess ta’ implimentazzjoni u jħejju r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet rilevanti.

Min-naħa tal-UE, dawn il-Pjattaformi jinkludi membri tal-KESE kif ukoll rappreżentanti tan-networks Ewropej kbar tas-soċjetà ċivili. Min-naħa tal-pajjiżi msieħba, dawn jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Is-sħubija tal-Pjattaformi hija bbażata fuq rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-gruppi interessati kollha (l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, it-trade unions u gruppi ta’ interessi varji).

Fi ħdan il-KESE, il-Kumitat ta’ Segwitu Ġirien tal-Lvant ġie stabbilit fl-2004 bħala korp dedikat tal-KESE responsabbli għar-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant. Il-Kumitat ta’ Segwitu normalment jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena u l-membri tiegħu jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet tas-Sħubija tal-Lvant, bħalma huma l-pjattaformi multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant.

  • Adopted on 16/06/2011
    Reference
    REX/323-EESC-2011-01-01-1011
    Employers - GR I
    Lithuania
  • Adopted on 13/05/2009
    Reference
    REX/271-EESC-2009-01-01-889
    Employers - GR I
    Czech Republic
    Plenary session number
    453
    -
  • Reference
    REX/371-EESC-0000-01-01-1813
    Employers - GR I
    Finland
    Plenary session number
    489
    -
    L'avis se penchera sur les questions relatives aux dimensions économique, sociale, environnementale et humaine du caractère croissant de l'utilisation des richesses de l'Arctique, et sur le rôle potentiel de la société civile pour exprimer les intérêts des groupes concernés ainsi que pour soutenir la position de l'UE dans le cadre du dialogue avec les partenaires internationaux concernés.