You are here

Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Cariforum

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn il-Cariforum u l-UE jipprevedi Kumitat Konsultattiv li jiżgura l-monitoraġġ tal-ftehim minn imsieħba ekonomiċi u soċjali u rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jagħti rakkomandazzjonijiet dwar aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-istati tal-Cariforum, hekk kif jinqalgħu fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-FSE.

Is-sħubija fil-Kumitat Konsultattiv tiġi deċiża mill-kunsill konġunt bil-ħsieb li jkunu żgurati kemm rappreżentanza wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha kif ukoll l-involviment tagħhom ilkoll fil-konsultazzjoni. Hu magħmul minn rappreżentanti min-naħa tal-Cariforum u min-naħa tal-UE, li minnhom hemm membri tal-KESE.

Is-segretarjat tal-KESE jipprovdi wkoll is-segretarjat għall-Kumitat Konsultattiv meta dan il-kompitu jmiss lill-UE (sena iva, sena le).

Downloads

Rules of procedure of the CARIFORUM-EU Consultative Committee