Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-Russja u l-Asja Ċentrali

This page is also available in

Sa minn Frar 2011, il-KESE beda jsegwi r-relazzjonijiet tiegħu mas-soċjetà ċivili Russa permezz tal-Kumitat ta’ Segwitu UE-Russja.

L-appoġġ għall-kuntatti interpersonali huwa wieħed mill-ħames prinċipji gwida tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja miftiehma mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-Russja jimmonitorja s-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili Russa fi żminijiet ta’ gwerra bis-saħħa tal-kuntatti tiegħu mas-sezzjoni tas-soċjetà ċivili Russa li hija kontra l-gwerra u li tinsab fit-territorju tal-UE.

Dan wassal għal skambji produttivi ta’ informazzjoni u fehmiet dwar kif għandhom jissoktaw ir-relazzjonijiet bilaterali ladarba tintemm il-gwerra u jerġa’ jkun hemm il-libertà u d-demokrazija fil-pajjiż.

F’April 2023, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni tal-Kumitat ta’ Segwitu twessa’ biex jinkludi l-Asja Ċentrali. Il-kompiti ta’ dan il-korp issa jinkludu l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan. Isem il-kumitat ġie aġġornat kif dovut u issa huwa l-Kumitat ta’ Segwitu EU-Russja u l-Asja Ċentrali.