Il-Kumitat ta’ Segwitu Ġirien tal-Lvant

Il-Kumitat ta’ Segwitu Ġirien tal-Lvant ġie stabbilit fl-2004 u huwa korp dedikat tal-KESE responsabbli għar-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant. Il-Kumitat ta’ Segwitu s-soltu jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena u jiddiskuti kwistjonijiet attwali relatati mal-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant filwaqt li ta’ spiss jiġu mistiedna rappreżentanti minn istituzzjonijiet Ewropej oħra, esperti esterni, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u oħrajn. Il-membri tal-Kumitat jaqdu rwol attiv fl-attivitajiet tas-Sħubija tal-Lvant (SL), bħall-pjattaformi multilaterali tas-SL u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant.