Il-Grupp Konsultattiv Domestiku UE-Ġeorġja

This page is also available in

L-Artikolu 240 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia jistipula li kull waħda mill-Partijiet tistabbilixxi Grupp Konsultattiv Domestiku dwar l-iżvilupp sostenibbli biex dan jagħti konsulenza rigward kwistjonijiet relatati mal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

Il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi jinkludu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rappreżentattivi indipendenti b’rappreżentanza bbilanċjata ta’ partijiet ikkonċernati ekonomiċi, soċjali, u ambjentali, inklużi, fost l-oħrajn, organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u l-ħaddiema, organizzazzjonijiet mhux governattivi u gruppi tan-negozju kif ukoll partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

Il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE għall-Georgia ġie stabbilit f’nofs l-2015 u huwa magħmul minn membri tal-KESE u minn OSĊ Ewropej oħrajn.

L-ewwel laqgħa konġunta bejn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-Georgia u dawk tal-UE saret fis-7 ta’ Jannar 2016 fi Tbilisi.

Downloads

Rules of procedure of the EU Domestic Advisory Group created under Article 240.4 of the EU-Georgia Association Agreement