Il-grupp ad hoc dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej

This page is also available in

Il-grupp ad hoc dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej twaqqaf mid-deċiżjoni tal-Bureau tas-17 ta’ Settembru 2013.

Il-kompitu tiegħu huwa li jmexxi l-politika tal-KESE dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej, jiżgura li l-KESE jkun trasparenti u effettiv f’dan il-proċess interistituzzjonali, u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet istituzzjonali biex tiġi żviluppata aktar din l-għodda l-ġdida ta’ demokrazija parteċipatorja.

Wassal biex il-KESE jieħu rwol akklamat ferm:

  • Bħala faċilitatur tal-inizjattivi emerġenti, billi jservi ta' pjattaforma għad-djalogu u l-informazzjoni u jlaqqa' flimkien lill-organizzaturi interessati jew jorganizza l-laqgħat, fil-kuntest tar-rwol tiegħu bħala d-dar tas-soċjetà ċivili;
  • Bħala mentor istituzzjonali, billi joffri lill-Kummissjoni l-għajnuna tiegħu fil-fażi ta' valutazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, billi jikkoorganizza seduta pubblika, u/jew ifassal opinjoni dwar inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta' suċċess fil-ħin għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, bħala parti mill-funzjoni konsultattiva tiegħu.