Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt

Il-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (DFID) huwa korp orizzontali fi ħdan il-KESE li għandu l-kompitu li jipprovdi forum lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej biex jiltaqgħu u jaqsmu l-valutazzjoni tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri.

Fil-ħidma tiegħu, il-Grupp DFID jiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt li huma partikolarment rilevanti għas-soċjetà ċivili. Dan isir permezz ta’ żjarat fl-Istati Membri kollha tal-UE u kuntatti mas-soċjetajiet ċivili nazzjonali, u l-objettiv huwa li jiġu enfasizzati t-tendenzi fl-Ewropa sabiex tiġi offruta l-bażi għal djalogu kostruttiv fost il-partijiet interessati kollha.

Il-Grupp DFID għandu l-għan li jippromovi r-rispett lejn il-valuri Ewropej elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll lista ta’ kontroll fuq l-istat tad-dritt mill-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa. L-għan tiegħu huwa li jindirizza d-drittijiet kollha – minħabba li d-drittijiet ċiviċi, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali huma indiviżibbli – u, minħabba l-mandat tal-KESE, biex jagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet li huma essenzjali għas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali: il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ assemblea, il-libertà ta’ espressjoni (inkluża l-libertà tal-media), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, u s-sitwazzjoni aktar ġenerali tal-istat tad-dritt.

Il-Grupp DFID ġie stabbilit f’Jannar 2018.

Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-programm ta’ ħidma tal-Grupp DFID, iċċekkja d-dokument (Word) hawn taħt.

Downloads

2024 Country visits Programme
Fundamental Rights and Rule of Law - National developments from a civil society perspective, 2022
Fundamental Rights and Rule of Law - National developments from a civil society perspective, 2020-2021
Fundamental rights and the rule of law - National developments from a civil society perspective, 2018-2019
EESC FRRL Group visits methodology