Ewropa 2020

This page is also available in

L-Istrateġija Ewropa 2020 hija l-aġenda attwali tal-UE għar-riforma tat-tkabbir u l-impjiegi. Din l-istrateġija globali ta’ politika proposta mill-Kummissjoni kienet xprunata minn viżjoni fit-tul, u mbagħad intlaħaq qbil dwarha mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2010.

Hija għandha l-għan li tgħin lill-Ewropa tirkupra mill-kriżi u tibdilha f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva b’livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali, u li ssaħħaħ l-UE bħala attur fil-governanza globali.

L-Istrateġija Ewropa 2020 tibni fuq it-tagħlimiet misluta mill-Istrateġija ta’ Lisbona, billi tirrikonoxxi l-punti tajbin tagħha (eż. l-għanijiet tajbin tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi), iżda tindirizza d-dgħufijiet tagħha (eż. in-nuqqas ta’ implimentazzjoni). L-istrateġija attwali tappella għal tip ġdid ta’ tkabbir (intelliġenti, sostenibbli u inklużiv), għal approċċ adattat għall-pajjiż inkwistjoni u tiddependi minn governanza iżjed b’saħħitha: monitoraġġ u infurzar iżjed effettivi, l-ogħla tmexxija mill-Kunsill Ewropew, eċċ.).

L-Istrateġija Ewropa 2020 timmobilizza l-politiki eżistenti kollha (is-suq uniku, il-politika esterna, eċċ.), l-istrumenti u l-liġijiet tal-UE, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji u ta’ koordinazzjoni (il-Qafas Finanzjarju Pluriennali).