Sħubijiet

Jekk int...

  • organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili

jew

  • istituzzjoni tal-UE li tikkoopera ma’ organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili

U qed torganizza xi avveniment...

  • rilevanti għall-ħidma tal-KESE
  • relatat mal-politiki tal-UE
  • rilevanti ħafna għall-kwistjonijiet tas-soċjetà ċivili

... allura tista’ tapplika għal sħubija mal-KESE.

X’għandek tagħmel?

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ

L-awtorizzazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin għal raġunijiet ta’ sigurtà jew jekk ma tkunx konformi mal-Linji Gwida, mingħajr ma l-organizzaturi jkunu intitolati li jitolbu xi kumpens.

Obbligi tal-organizzaturi:

  • li jimlew il-formola u jaċċettaw il-kundizzjonijiet kollha relatati mal-organizzazzjoni ta’ sħubija
  • li jagħtu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba qabel l-iskadenzi msemmija fit-taqsima Il-proċedura pass b’pass
  • li b’mod espliċitu jimpenjaw ruħhom li ma jitolbu l-ebda miżata ta’ reġistrazzjoni għal avvenimenti organizzati fil-bini tal-KESE
  • li jżommu mas-sigħat ta’ ħidma tal-KESE (9 a.m.– 5.30 p.m.) u l-waqfa għall-ikla ta’ nofsinhar (minimu siegħa u nofs) meta jippjanaw l-avveniment tagħhom
  • li jużaw il-logo tal-KESE fid-dokumenti, il-banners u l-baġġijiet ta’ aċċess kollha relatati mal-avveniment
  • li jiżguraw proċedura ta’ reġistrazzjoni komprensiva fil-jum tal-avveniment (l-iċċekkjar tal-identitajiet mal-lista ta’ karti tal-identità qabel ma tinħareġ baġġ)
  • li jistallaw il-grafika u l-banners
  • li jiżguraw li l-kamra użata tiġi rritornata fl-istat oriġinali tagħha wara l-laqgħa
  • li jibagħtu rapport dwar l-avveniment lill-KESE

Arranġamenti prattiċi

  • il-post: kmamar tal-laqgħa – kapaċità sa 180
  • il-faċilitajiet tekniċi: kompjuter, projettur, reġistrazzjoni bl-awdjo u l-vidjo, kmamar tal-interpretazzjoni eċċ.

X’ma jipprovdix il-KESE:

  • l-interpretazzjoni
  • l-ikel u x-xorb
  • il-pannelli għall-flipcharts u l-baġġijiet
  • ħżin ta’ kwalunkwe tip
  • il-grafika
  • il-proċedura ta’ reġistrazzjoni

Downloads

Guidelines for organising events in partnership with the EESC