Anne Demelenne: Il-pandemija wriet kemm għandna sistema fraġli

Jien u żewġi għexna l-konfinament id-dar b’ħafna serenità. Żewġi jagħmel parti mill-grupp tal-popolazzjoni b’riskju ogħla u ħadna l-prekawzjonijiet kollha. .

Mill-bidu nett tal-pandemija, ilbisna l-maskri u l-ingwanti u dejjem żammejna d-distanza soċjali indikata. Ridna nevitaw li nieħdu riskji kbar u ridna wkoll nissalvagwardjaw l-interess ġenerali kif ukoll dak tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u l-ħaddiema tal-ewwel linja.

Fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Belġju, huwa ċar li ma konniex ippreparati. Kien hemm nuqqas ta’ trasparenza li ser ikollu jiġi studjat aktar tard, iżda wkoll nuqqas ta’ maskri, testijiet għall-popolazzjoni, eċċ. Ma nafx x’qed jiġri fil-pajjiżi l-oħra, nafu biss dak li jwasslu l-mezzi tax-xandir, iżda fil-Belġju s-sitwazzjoni hija partikolarment diffiċli fid-djar tal-anzjani. Ladarba l-kriżi tkun għaddiet, ser ikun hemm bżonn li jsiru inkjesti parlamentari biex insiru nafu bis-sors ta’ din il-problema.

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili matul il-pandemija jibqa’ essenzjali. Qiegħda hemm biex tikkontrolla d-demokrazija. Fil-livell operattiv, fil-Belġju, dawk li tilfu l-impjieg tagħhom huma temporanjament qiegħda b’sistema ta’ benefiċċji li diġà kienet iddgħajjef minħabba l-miżuri ta’ awsterità imposti mill-Unjoni Ewropea. Matul il-pandemija, stajna nistabbilixxu s-solidarjetà fost in-nies, iżda mhux fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-pandemija wriet il-fraġilità tas-sistema tagħna. Għandha titqies bħala opportunità biex nimxu lejn sistema li tirrispetta aktar lill-persuni, lid-drittijiet soċjali u lill-ambjent.