European Economic
and Social Committee
Mill-14 ta’ Mejju ’l hawn mhumiex jintużaw aktar materjali jew prodotti tal-plastik li jintremew wara l-użu, jew prodotti ppakkjati fil-plastik, fil-kantin tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fil-bini Jacques Delors, biex b’hekk sar l-ewwel kantin ħieles mill-plastik fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
Platti, tazzi u pożati tal-plastik ġew ipprojbiti, l-ilma huwa disponibbli biss mill-funtani tal-ilma u x-xarbiet l-oħrajn kollha huma pprovduti fil-ħġieġ jew fil-laned
Ir-rinunzja għall-plastik tagħmel parti minn approċċ komprensiv lejn is-sostenibbiltà li bdiet fl-2011, meta l-kantin tal-KtR/KESE ssieħeb fil-programm kantin sostenibbli tar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell. Sentejn wara, dan rebaħ it-Tikketta ta’ Ikel Tajjeb (b’żewġt ifrieket minn tlieta), iċ-ċertifikazzjoni tar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell li tirrikonoxxi l-postijiet tal-ikel li jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa u sostenibbli.
Dawn il-kisbiet huma r-riżultat tal-viżjoni u tal-isforzi tas-servizz EMAS tal-KESE/KtR b’kollaborazzjoni mal-kuntrattur tal-forniment tal-ikel. It-tnejn jaqblu li għad fadal l-isfidi, bħall-applikazzjoni tal-istess sett ta’ regoli fil-kafetterija u l-kmamar tal-laqgħat fil-bini tal-Kumitati u li jkun skoraġġit l-użu ta’ prodotti li jintremew wara l-użu. (ll/dgf/ls)