Dilyana Slavova, president tas-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE, attendiet il-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tas-Sħubija tal-Lvant ospitata mill-Kunsill tal-UE fit-13 ta’ Mejju sabiex jiġi ċċelebrat l-10 anniversarju tas-Sħubija tal-Lvant.

Dilyana Slavova qalet li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (l-Ukrajna, il-Georgia, il-Moldova, l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Belarussja) dejjem kienu minn ta’ fuq fl-aġenda tar-relazzjonijiet esterni tal-KESE u li ”l-kuntatt mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn dawn il-pajjiżi żviluppa u mmatura".

Dilyana Slavova rrappurtat ukoll li l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ konġunti stabbiliti ma’ dawn il-pajjiżi ”qed iħallu l-frott", anki jekk jissokta t-tħassib dwar l-ispazju dejjem jonqos għas-soċjetà ċivili, ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni. (dgf)