Id-9 ta’ Mejju huwa Jum l-Ewropa u hija tradizzjoni stabbilita li l-istituzzjonijiet tal-UE jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku fl-ewwel Sibt tax-xahar, din is-sena fl-4 ta’ Mejju. It-tema se tkun l-elezzjonijiet Ewropej tat-23-26 ta’ Mejju, li se jsejħu liċ-ċittadini Ewropej biex joħorġu jivvutaw u jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom għal ħames snin kruċjali.

Bħala parti mill-inizjattiva tal-Parlament Ewropew thistimeimvoting.eu, il-kampanja tal-KESE qed tħeġġeġ għadd akbar ta' votanti, li jista’ jagħti aktar saħħa u leġittimità lill-proċess demokratiku tal-UE.

Il-ġurnata se tkun organizzata madwar tliet temi ewlenin - Ewropa sostenibbli, Ewropa inklużiva uEwropa miftuħa. Il-KESE ser jippreżenta l-ħidma tiegħu f’setturi diversi bħalma huma l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, l-obsolexxenza programmata, l-impjieg, id-diżabilitajiet, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-bqija tad-dinja.

Il-membri u l-persunal tal-KESE se jilqgħu lill-viżitaturi u jiddiskutu magħhom dwar l-elezzjonijiet li ġejjin u l-futur tal-Ewropa kif ukoll jispjegaw ir-rwol tal-KESE fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Logħob interattiv u attivitajiet divertenti flimkien ma’ mużika live se jgħinu biex l-Ewropa ssir aktar aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.

Jum għall-Pubbliku tal-UE 2019 - KESE - Bini Jacques Delors, Rue Belliard 99, 1040 Brussell. (mp)