Il-KESE jipproponi Linji Gwida ġodda dwar Dieti Sostenibbli għall-Ewropa

Peter Schmidt

L-ikel għandu rwol ċentrali fil-ħajja tan-nies u ma għandux jitqies biss mil-lat nutrittiv jew tas-saħħa, iżda wkoll mil-lat ambjentali u soċjali. Sabiex tiġi ffaċilitata tali sistema komprensiva u sostenibbli tal-ikel, il-KESE jipproponi l-introduzzjoni ta’ Linji Gwida ġodda dwar Dieti Sostenibbli.

"Dak li nieklu jaffetwa lil saħħitna u lill-pjaneta tagħna. Neħtieġu politiki biex nippromovu dieti aktar tajbin għas-saħħa u aktar sostenibbli, u jeħtieġ jiġu żviluppati Linji Gwida dwar Dieti Sostenibbli. Dan huwa essenzjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima" jgħid Peter Schmidt, relatur għall-opinjoni fuq inizjattiva proprja opinion.

"Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli hija importanti fil-kuntest ta’ politika komprensiva tal-UE dwar l-ikel. Il-Linji Gwida dwar Dieti u skemi ta’ tikkettar ċari, inkluż it-tikkettar dwar l-oriġini, li jqisu d-differenzi kulturali u ġeografiċi bejn u fi ħdan l-Istati Membri jkunu ta’ għajnuna biex tingħata direzzjoni aktar ċara lill-azjendi agrikoli, lill-proċessuri, lill-bejjiegħa bl-imnut u lis-servizzi tal-ikel. Is-sistema agroalimentari tkun tibbenefika wkoll minn qafas ġdid u aktar trasparenti biex isiru produzzjoni, proċessar, distribuzzjoni u bejgħ ta’ ikel aktar tajjeb għas-saħħa u aktar sostenibbli bi prezzijiet aktar ġusti," jgħidMaurizio Reale, il-President tas-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT).

Sabiex jiġu stabbiliti dawn il-linji gwida għall-Ewropa kollha, il-KESE jipproponi l-ħolqien ta’ Grupp ta’ esperti, li jikkonsisti minn professjonisti u xjentisti rilevanti mid-dinja tan-nutrizzjoni, is-saħħa pubblika, l-ikel, u x-xjenzi ambjentali u soċjali. Dan il-grupp ta’ esperti għandu jfassal linji gwida bbażati fuq l-evidenza fi żmien sentejn. (sma)