Ippubblikat il-fuljett dwar it-12-il Seminar għas-soċjetà ċivili dwar il-mezzi tax-xandir

Ġie ppubblikat fuljett ġdid li jiġbor fih il-punti ewlenin tad-dibattiti dwar Nasserixxu mill-ġdid il-valuri tal-Ewropa flimkien mal-osservazzjonijiet tal-membri tal-panels u tal-kelliema li fetħu d-dibattitu.

It-12-il Seminar għas-soċjetà ċivili dwar il-mezzi tax-xandir, li sar f’Aegli Zappiou f’Ateni, il-Greċja, fit-22 u t-23 ta’ Novembru 2018, kien jinkludi tliet panels li taw ħarsa lejn kwistjonijiet jaħarqu, bħall-multikulturaliżmu, iż-żieda fin-nazzjonaliżmu u l-illiberaliżmu u t-tnaqqis tas-solidarjetà, li huma ta’ sfida għall-valuri li fuqhom hija mibnija l-Ewropa.

L-ewwel panel indirizza l-valuri Ewropej fil-konfront ta’ ideoloġiji estremisti, it-tieni panel eżamina kif id-demokrazija liberali Ewropea f’xi Stati Membri qiegħda tħabbat wiċċha ma’ bidla lejn l-illiberaliżmu, u t-tielet panel esplora r-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fid-difiża ta’ Ewropa demokratika, ibbażata fuq il-valuri u magħquda. Il-membri tal-panels mis-settur tal-midja, akkademiċi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili pprovdew l-għarfien espert tagħhom u ddiskutew mal-parteċipanti dwar il-kwistjonijiet ewlenin u l-modi kif għandhom jiġu difiżi l-valuri tal-Ewropa.

Il-fuljett huwa disponibbli hawn

Ara l-filmat tas-seminar hawn (ehp)