“Qed nissieltu għall-ġejjieni ta’ kulħadd”, tgħid l-attivista favur il-klima Greta Thunberg fil-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iddiskuta r-rwol ewlieni li s-soċjetà ċivili organizzata għandu jkollha għal “rEUnaissance” reali waqt avveniment li sar fil-21 ta’ Frar 2019 li laqqa’ flimkien mexxejja ewlenin tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn madwar l-Ewropa ftit aktar minn 90 jum qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

B’referenza għall-Ewroxettiċiżmu, il-ksenofobija u r-razziżmu fl-Ewropa kollha, il-President tal-KESE Luca Jahier qal li d-demokrazija kienet mhedda u li l-valuri Ewropej kienu qed jiġu ddubitati. "Dan mhuwiex iż-żmien biex naqtgħu qalbna; huwa ż-żmien biex noħolomu u nazzardaw", huwa qal. Il-KESE għandu rwol ewlieni x’jaqdi: "Aħna nagħtu vuċi lill-elf naħa ta’ “L-Ewropa fuq il-post tax-xogħol'. Irridu niżguraw li dan id-djalogu qatt ma jkun kompromess. L-agħar ħaġa tkun li wieħed jibqa’ sieket. Minflok, għandna niżguraw li leħen “it-tajbin” jinstema’", huwa żied jgħid. "Jiġri x’jiġri se nazzardaw naġixxu favur Ewropa sostenibbli", ikkonkluda s-Sur Jahier.

 

"“Irridu nipproteġu l-bijosfera, l-arja, l-oċeani, il-ħamrija, il-foresti”, qalet l-attivista Żvediża favur il-klima li għandha 16-il sena, Greta Thunberg, li għamlitha ċara li kien imperattiv li tittieħed azzjoni issa kontra t-tibdil fil-klima. Hija wissiet li l-pjaneta tagħna kienet biss xi 11-il sena ’l bogħod minn katastrofu irriversibbli. "Ma aħniex qed nissieltu għall-futur tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ biss; qed niġġieldu għall-ġejjieni ta’ kulħadd. Issa bdejna nnaddfu din is-sitwazzjoni mħawda u mhux se nieqfu qabel ma naslu", ikkonkludiet.

. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, kien favur il-moviment mibdi mis-Sinjura Thunberg billi: "jista’ jwassal għal bidla; infirex f’ħafna bliet u issa hemm messaġġ komuni fit-toroq tal-Ewropa". Huwa enfasizza wkoll kif il-pjan Juncker ikkontribwixxa ħafna biex jiżdied l-investiment ekoloġiku fl-Ewropa matul il-mandat tiegħu.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Karl-Heinz Lambertz qal li l-avveniment indika "rieda komuni li naħdmu flimkien". "Kollha kemm aħna qed nitkellmu dwar l-istess ħaġa: li nibnu l-Unjoni mill-ġdid", huwa stqarr, u żied jgħid li "m’għandniex ninjoraw dak li diġà sar, iżda rridu nibdew b’azzjoni ġdida. Iċ-ċittadini u r-reġjuni tagħna għadhom il-pajjiżi mhux magħrufa tad-demokraziji tagħna. Jeħtieġ li ninvolvuhom bis-sħiħ fil-bini tal-Ewropa. Jeħtieġ li nirriformaw l-Unjoni minn isfel għal fuq”.

L-avveniment

is-Soċjetà Ċivili għal rEUnaissance ġie organizzat biex is-soċjetà ċivili tiġi mobilizzata biex tappoġġa l-valuri demokratiċi Ewropej kif minquxa fit-Trattati u biex titwitta t-triq għall-futur tal-Ewropa qabel l-elezzjonijiet tal-UE. Id-direttur ġenerali ta’ BusinessEurope Markus J. Beyrer, is-segretarju ġenerali tal-ETUC Luca Visentini u s-segretarju ġenerali ta’ Solidar Conny Reuter ħadu sehem fid-dibattitu flimkien ma’ ħafna kelliema oħrajn, inkluża Madeleina Kay, magħrufa bħala l-'EU Supergirl'. (mp)