Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-Russja

This page is also available in

Sa minn Frar 2011, il-KESE beda jsegwi r-relazzjonijiet tiegħu mas-soċjetà ċivili Russa permezz tal-Kumitat ta’ Segwitu UE-Russja, stabbilit bil-għan li jiżviluppa u jżomm relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili Russa u jtejjeb il-kontribut tas-soċjetà ċivili għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja.

L-appoġġ għall-kuntatti interpersonali huwa wieħed mill-ħames prinċipji gwida tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja miftiehma mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Federica Mogherini, f’Marzu 2016. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-KESE ġedded il-kuntatti tiegħu mal-Kamra Ċivika tal-Federazzjoni Russa, il-kontraparti uffiċjali tiegħu fir-Russja, u qed ikompli jaħdem mal-Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-Russja permezz ta’ seminars konġunti annwali u attivitajiet oħrajn.