You are here

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Sa mill-1 ta’ April 2012, iċ-ċittadini Ewropej bdew igawdu dritt ġdid li jagħtihom vuċi iżjed b’saħħitha: l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Jekk jiġbru elf firma minn madwar l-Ewropa, huma jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi jew tibdel il-leġislazzjoni Ewropea eżistenti.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, bħala difensur tad-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw u leħen is-soċjetà ċivili, appoġġja l-idea ta’ inizjattiva taċ-ċittadini sa mill-bidu nett u ġġieled għal sensiela sempliċi u komprensibbli ta’ regoli, kif stipulat fiż-żewġ Opinjonijiet li huwa adottata dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Fil-qosor, il-KESE jqis li għandu żewġ rwoli x’jaqdi:

  • Il-Kumitat bħala faċilitatur: Waqt li tkun qed tiġi ppjanata jew tkun qed timxi ’l quddiem inizjattiva, il-Kumitat – fir-rwol tiegħu bħala pjattaforma għad-djalogu u l-informazzjoni – ikun lest li jaġixxi bħala faċilitatur li jagħmel possibbli li l-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini jiffurmaw netwerks u, possibbilment, jiltaqgħu, eċċ.
  • Il-Kumitat bħala konsulent istituzzjonali: Il-Kumitat joffri li jappoġġja lill-Kummissjoni billi joħroġ Opinjoni li tgħinha fil-valutazzjoni ta’ inizjattiva li tagħmel suċċess. Il-KESE joffri wkoll il-kooperazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fl-organizzazzjoni ta’ seduti dwar dawn l-inizjattivi ta’ suċċess.

Għal iżjed tagħrif dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, jekk jogħġbok ikkuntattja lil citizensinitiative

Downloads

Your guide to the European Citizens' Initiative (3rd edition)

European Passport to Active Citizenship

ECI Helpdesk at the European Economic and Social Committee