Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Il-Grupp ta' Min Iħaddem ma appoġġjax l-Opinjoni tal-KESE dwar il-perjodi ta' ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ, il-ħin tax-xogħol u l-istazzjonar tal-ħaddiema. Għall-Grupp, l-opinjoni ma rriflettietx biżżejjed id-differenzi fil-fehmiet fil-Kumitat li jikkonċernaw il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema

"L-applikazzjoni ta' regoli ta' stazzjonar għat-trasport internazzjonali bit-triq tirrigwarda l-protezzjoniżmu u l-limitazzjoni tal-libertà tal-moviment. Sfortunatament, id-dokument li l-KESE adotta ma jirriflettix dawn il-konsegwenzi negattivi. Is-suq uniku tal-UE qed jiġi serjament kompromess u eluf ta' SMEs li joperaw fis-settur tat-trasport madwar l-Ewropa se jsofru" qal Jacek P. Krawczyk, president tal-Grupp ta' Min Iħaddem.

Matul id-dibattitu, xi membri tal-Grupp ta' Min Iħaddem enfasizzaw id-diversi inkonsistenzi fil-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istazzjonar tas-sewwieqa. Mingħajr infrastruttura xierqa, regoli aktar stretti jkunu kontroproduttivi u ma jtejbux il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Il-membri enfasizzaw li r-regoli proposti se joħolqu inċertezza u burokrazija addizzjonali kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-kumpaniji. Huma ġibdu l-attenzjoni lejn definizzjonijiet impreċiżi fil-leġislazzjoni, li jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet assurdi.

Il-grupp ressaq numru ta' emendi għall-opinjoni, iżda dawn ma kisbux l-appoġġ tar-relatur u ta' maġġoranza tal-Membri tal-KESE. L-opinjoni ġiet adottata fit-18 ta'Jannar 2018, matul is-sessjoni plenarja tal-KESE, b'193 vot favur, 89 kontra u 17-il astensjoni.(lj)