Gianluca Brunetti, Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kumitat Ekonomiku u Sociali Ewropew

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ħatar lis-Sur Gianluca Brunetti, eks Direttur tal-HR u tal-Finanzi fil-KESE, bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tiegħu mill-14 ta’ Novembru 2018.

Is-Sur Brunetti beda l-karriera tiegħu fil-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu u fi Brussell (1986-1991). Fl-1991 iċċaqlaq lejn il-Parlament Ewropew qabel ma ngħaqad mal-KESE fl-2010. Huwa għandu lawrja fix-Xjenzi Politiċi mill-Università degli Studi di Napoli, fejn speċjalizza fil-dritt tal-Unjoni u l-politika. Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-KESE huwa Ewropew ta’ veru u kien involut fil-bini tal-Ewropa ‘l fuq minn 30 sena. Huwa għandu għal qalbu ċ-ċess u t-teatru.

Il-lingwa materna tas-Sur Brunetti hija t-Taljan, iżda huwa jitkellew sew bil-Franċiż, bl-Ingliż u bl-Ispanjol.