L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2019: Ivvota għall-futur!

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!, l-avveniment emblematiku tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jagħti leħen liż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politiki Ewropej, se jagħlaq 10 snin is-sena d-dieħla. L-2019 se tkun sena elettorali u l-Parlament Ewropew il-ġdid se jkollu deċiżjonijiet importanti ħafna x’jieħu, fi żmien meta qed jiġi rivoluzzjonat kollox, mill-ekonomija sal-komunikazzjoni u mill-politiki sax-xejriet soċjali.

Il-KESE jinsab ħerqan li jiskopri kif iż-żgħażagħ Ewropej jaraw dan il-futur u liema soluzzjonijiet jista’ jkollhom x’joffru għas-soċjetà Ewropea inġenerali. Għall-avveniment se jiġi mistiedna fi Brussell 99 student minn skejjel sekondarji fi 33 pajjiż fil-21-22 ta’ Marzu 2019 biex jivvutaw għall-futur u jiċċelebraw l-10 anniversarju tal-avveniment. L-iskejjel sekondarji minn madwar l-Ewropa jistgħu japplikaw sat-18 ta’ Novembru 2018. F’Diċembru 2018 jintgħażlu bil-polza skola waħda minn kull pajjiż.  (ks)