Il-KESE jgħid li hija essenzjali politika agrikola komuni (PAK) b’saħħitha u ffinanzjata bis-sħiħ.

Il-KESE jemmen li hija essenzjali politika agrikola komuni (PAK) b’saħħitha, u ffinanzjata bis-sħiħ u jirrifjuta kwalunkwe tnaqqis fil-baġit tal-PAK. Huwa jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti leġislattivi dwar il-PAK, bl-enfasi l-ġdida dwar ambizzjoni akbar fil-qasam tal-ambjent u t-tibdil fil-klima, is-sussidjarjetà u s-semplifikazzjoni, iżda huwa ħerqan li jiżgura li l-PAK tibqa’ politika komuni b’suq uniku b’saħħtu.

L-ebda tnaqqis fil-baġit tal-PAK

Il-baġit tal-PAK għandu jżomm ir-rata attwali tiegħu ta’ finanzjament ta’ 38% tal-baġit tal-UE. Dan għandu jiżdied għal 1.3% tad- (DNG). Kwalunkwe tnaqqis fil-baġit tal-PAK huwa inaċċettabbli”, jisħaq il-membru tal-KESE John Bryan, “peress li jdgħajjef l-għanijiet u l-ambizzjonijiet tal-PAK. Il-baġit tal-PAK huwa kontributur ewlieni għas-sigurtà tal-impjieg u tad-dħul fis-settur tal-biedja, iżda wkoll għall-produzzjoni ta’ beni ambjentali li aħna lkoll njibbenefikaw minnhom.”

Huwa importanti li tinżamm l-istruttura attwali tal-PAK ta’ żewġ pilastri, fejn il-pagamenti tal-Pilastru I jappoġġjaw id-dħul tal-azjendi agrikoli u dawk tal-Pilastru II jappoġġjaw l-iżvilupp rural. Madankollu, il-bdiewa ġenwini biss għandhom jirċievu pagamenti diretti.

Għal PAK mingħajr difetti, sostenibbli u ssemplifikata

Huwa kruċjali li l-PAK 2021-2027 jissodisfa l-ħtiġijiet tal-entitajiet differenti li joperaw fl-agrikoltura, bħall-azjendi agrikoli tal-familji, il-kooperattivi, il-gruppi tal-produtturi u forom oħra ta’ biedja u ta’ produzzjoni tal-ikel. Il-PAK għandha wkoll tqis id-diversità tal-agrikoltura tal-Ewropa, il-varjetà kulinari u l-prospetti tas-suq, u tipprovdu modi differenti ta’ promozzjoni tal-kwalità. Fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ 40% tal-infiq agrikolu li għall-għan tat-tibdil fil-klima tal-UE, il-bdiewa għandhom jingħataw firxa ta’ miżuri biex jagħżlu minnhom, immirati lejn iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Huwa essenzjali li jitnaqqas il-piż burokratiku fuq il-bdiewa, filwaqt li jinżammu kontrolli sħaħ adatti.