Il-KESE jħobb iċ-ċinema Ewropea

Fit-23 ta’ Ottubru ntwera l-premiere tal-film "Cold War" ta' Pawel Pawlikowski (Oscar għal "IDA" fl-2015 u l-premju għall-Aqwa Direttur f’Cannes 2018) f’BOZAR fi Brussell. Il-KESE kien imsieħeb f’dan l-avveniment, organizzat bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea (Ewropa Kreattiva), il-Parlament Ewropew (il-Premju LUX) u BOZAR. Ħames mitt persuna attendew biex jaraw il-film f'BOZAR. Waqt l-inawgurazzjoni tal-avveniment f’isem il-KESE, Isabel Caño, il-Viċi President tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni, enfasizzat li l-kultura kienet essenzjali għas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari d-djalogu bejn kulturi differenti. Wara l-wiri tal-film sar dibattitu ma’ Ewa Puszczyńska, produttur kreattiv għal OPUS FILM, immoderat minn Robert Sołtyk, eks korrispondent tal-Gazeta Wyborcza, dwar il-libertà tal-espressjoni u l-kreattività taħt it-totalitarjaniżmu, bil-konklużjoni l-iktar importanti tkun li "l-kultura taqsam il-fruntieri iktar malajr min-nies".(ehp)

Fir-ritratt: Juliette Duret, Bozar, Isabel Caño, Viċi President tal-KESE, Lucía Recalde, minn MEDIA ta' Ewropa Kreattiva, Ewa Puszczyńska, produttur kreattiv għal OPUS FILM