L-UE fl-aħħar riesqa lejn Ewropa soċjali?

mill-Grupp tal-Ħaddiema

Sessjoni ta’ ħidma f’St. Pölten fir-rigward tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-12 ta’ Ottubru 2018
 
Waqt din is-sessjoni ta’ ħidma, organizzata b’kooperazzjoni bejn il-KESE u l-Kamra tax-Xogħol tal-Awstrija t’Isfel, ġiet diskussa l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fiċ-Ċentru tal-Ħaddiema f’St. Pölten.

Quddiem madwar 80 mistieden seħħet diskussjoni bejn l-MPE Evelyn Regner, Egbert Holthuis, Kap tal-Unità fid-DĠ EMPL, u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ msieħba soċjali u politiċi reġjonali. Bħala rappreżentanti tal-KESE, ipparteċipaw Gabriele Bischoff u Jukka Ahtela. Gabriele Bischoff enfasizzat fid-diskors ewlieni tagħha: “Bid-Dikjarazzjoni ta' Gothenburg sena ilu, l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE impenjaw ruħhom li jtemmu l-frammentazzjoni soċjali tal-Ewropa kif ukoll id-dumping soċjali. L-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol għandhom jissaħħu, jinħolqu l-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol u jiġu garantiti l-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali kullimkien. Iż-żmien qed jagħfas. Fid-dawl tal-Brexit, Trump u l-qawmien tal-populisti tal-lemin u tan-nazzjonalisti f’ħafna pajjiżi Ewropej naraw kemm missu ilu li sar proġett Ewropew pożittiv.”

Jukka Ahtela enfasizza fil-preżentazzjoni tiegħu l-importanza tal-mudell soċjali Ewropew. Fil-fehma tiegħu, it-tfassil tal-leġislazzjoni, l-istruzzjonijiet u l-kooperazzjoni huma l-mezzi li bihom l-UE tista’ tħalli l-effett tagħha fil-qasam soċjali. Iżda naturalment l-għan huwa l-konverġenza ekonomika u soċjali li għandhom jimxu id f’id. Huwa enfasizza wkoll l- importanza tad-djalogu soċjali fir-rigward tal-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa, bħal forom ġodda ta’ xogħol u l-futur tax-xogħol. (mg)

F’dan ir-ritratt: VInru Egbert Holthuis (Kummissjoni Ewropea), Evelyn Regner (MPE), Markus Wieser (President tal-Kamra tax-Xogħol tal-Awstrija t’Isfel), Gabriele Bischoff, Jukka Ahtela, Valentin Wedl (Kap tad-Diviżjoni tal-Kamra Federali tax-Xogħol għall-Affarijiet tal-UE u Internazzjonali), Bettina Heise (Direttur tal-Kamra tax-Xogħol tal-Awstrija t’Isfel), Réne Pfister (Membru Parlamentari tal-Parlament Reġjonali tal-Awstrija t’Isfel - Espert dwar il-Politika Soċjali).