Professjonijiet liberi 4.0: bidla sostenibbli tal-karatteristiċi professjonali

Mill-grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Il-grupp tal-KESE Diversità Ewropa ser ikun qed jospita avveniment dwar il-professjonijiet liberi, b'enfasi fuq il-bidla sostenibbli tal-karatteristiċi professjonali.
L-avveniment għandu l-għan li jakkwista għarfien ġdid biex isawwar definizzjoni valida għall-futur tal-professjonijiet liberi fid-dinja professjonali diġitalizzata.

It-temi li ser ikunu fil-qalba tad-diskussjoni huma profiċjenza u kompetenza għolja, obbligi ta’ interess pubbliku għas-servizzi relatati mill-qrib ma’ oqsma essenzjali bħas-saħħa, is-sigurtà, l-akkomodazzjoni, il-kwalità tal-ħajja, eċċ. awtomonitoraġġ rigoruż (regolazzjoni professjonali, kodiċi ta’ kondotta, miżuri dixxiplinarji), responsabbiltà personali u l-indipendenza tal-kondotta professjonali minn interessi ekonomiċi u oħrajn.

Il-President tal-grupp Diversità Ewropa , Arno Metzler, ser jagħti bidu għal-laqgħa.  F’konformità malmanifest adottat is-sena l-oħra waqt il-konferenza tal-professjonijiet liberi f’Ruma, il-kelliema għall-kategorija tal-professjonijiet liberi ser iressqu sommarju tal-kisbiet u deskrizzjoni qasira ta’ azzjonijiet futuri fil-kuntest tas-slogan Minn Rumal għal Brussell.

Il-konferenza ser tlaqqa’ għadd ta’ rappreżentanti nazzjonali u Ewropej tal-professjonijiet liberi, kif ukoll esperti akkademiċi dwar is-suġġett li ser jiġi diskuss minn tliet panels:

  • Nersqu ’l bogħod mill-klixè tal-” “protezzjoniżmu” u nadattaw id-definizzjoni ta’ “interess pubbliku” għall-iżviluppi tas-soċjetà.
  • Id-diġitalizzazzjoni tibdel il-ħtiġijiet essenzjali tal-bniedem? U dan kif jolqot il-professjonijiet liberi?
  • Ir-restrizzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni ta’ ekwità: m’għadx hemm bżonnhom jew hemm bżonnhom iktar minn qatt qabel? L-interessi tal-investituri versus ir-rekwiżiti professjonali.

L-avveniment ser isir fi Brussell fis-27 ta’ Novembru mill-10 a.m. sal-5 p.m. (cl)