
Nasserixxu mill-ġdid il-valuri tal-Ewropa>
Għeżież qarrejja,
Inqas minn seba’ xhur qabel l-elezzjonijiet tal-UE, l-Ewropa tinsab f’salib it-toroq.
Dak li ftit tas-snin ilu kien jidher impossibbli, issa jidher li sar l-isfida ta’ kuljum tagħna: qed nitkellem dwar id-dubju li qed jinxteħet fuq l-UE u t-theddid għall-valuri tagħha. Jekk humiex id-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt, il-valuri tagħna qed jiġu kkontestati f’ħafna nħawi tal-Unjoni. Iżda l-valuri huma s-sisien tal-UE, u meta dawn jiġu mhedda l-Unjoni titheżżeż sal-qalba tagħha.