Il-potenzjal tal-bijoekonomija blu għadu mhux sfruttat fl-UE. Il-KESE għalhekk jirrakkomanda proġetti pilota pan-Ewropej li jinvolvu l-partijiet interessati lokali u l-komunità xjentifika. 

Fuq it-talba tal-Presidenza Finlandiża, il-KESE fassal opinjoni esploratorja dwarIl-bijoekonomija blu, li tirreferi għal attivitajiet ekonomiċi bbażati fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi rinnovabbli u l-għarfien espert relatat. L-opinjoni ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Ottubru tal-KESE.

Kif spjega r-relatur Simo Tiainen, “Ir-restawr tal-bijodiversità tal-ibħra, l-għadajjar u x-xmajjar ser tiftaħ opportunitajiet ġodda għan-negozji. Dan jirrikjedi innovazzjoni teknoloġika u appoġġ finanzjarju permezz ta’ strumenti xierqa."

Il-bijoekonomija blu għandha ssir punt fokali għall-programm ta’ kooperazzjoni tal-UE man-Nazzjonijiet Uniti u għandha sservi bħala għodda biex jintlaħqu l-għanijiet tat-tibdil fil-klima fil-Ftehim ta’ Pariġi. "Dan se jirrikjedi sforzi importanti biex tiġi rrestawrata l-bijodiversità fl-ilmijiet tal-baħar u fl-ilmijiet interni kif ukoll biex jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom għall-qbid tas-CO2. B’dan il-mod nistgħu noħolqu impjiegi ta’ kwalità fiż-żoni rurali, kostali u tal-gżejjer", ikkonkluda l-korelatur Henri Malosse. (mr)