Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Peress li l-ugwaljanza bejn is-sessi ġiet stabbilita bħala prijorità tal-President Elett tal-Kummissjoni Ewropea u hekk kif id-Direttiva tal-UE dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw daħlet fil-fażi ta' traspożizzjoni, huwa vitali li jiġu riveduti l-interazzjonijiet bejn l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, it-trobbija tat-tfal, familji kontemporanji, persuni li jindukraw, assistenza għall-membri tal-familja, it-tixjiħ u d-demografija.

Sabiex jiġu eżaminati l-interazzjonijiet bejn dawn il-kwistjonijiet, nhar it-12 ta’ Novembru, il-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE organizza konferenza ta’ livell għoli dwar Mudelli eżemplari ġodda għas-soċjetajiet fl-Ewropa, li kienet moderata minn Ralph Sina, Direttur ta’ WDR/NDR Studio fi Brussell.

Il-kelliema kienu jinkludu Virginija Langbakk, direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-sessi, Annemie Drieskens, President ta’ COFACE Europe, u Dominique Boren, eks-President ta’ Network of European LGBTIQ* Family Associations (NELFA). 

Soluzzjoni waħda proposta minn Arno Metzler, President tal-Grupp Diversità Ewropa, kienet l-istabbiliment ta’ Parlament tal-Familja Ewropew, fejn il-partijiet ikkonċernati kollha setgħu jagħmlu netwerking u jiskambjaw l-aħjar prattiki.

Il-preżentazzjonijiet mogħtija mill-kelliema huma disponibbli hawn!