Il-fehma tal-organizzazzjonijiet lokali - podcast tal-KESE
Episodju 1 - X’ġara mill-istat tad-dritt?

Il-fehma tal-organizzazzjonijet lokali hija sensiela ta’ podcasts ġdida mnedija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Il-podcasts jesploraw kwistjonijiet jaħarqu li bħalissa huma fuq fomm kulħadd, mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili, billi jippreżentaw testimonjanzi minn partijiet interessati fuq il-post u fehmiet tal-membri tal-KESE li jirrappreżentaw l-interessi tagħhom fi Brussell.