Ħames mistoqsijiet lil Eleonora Di Nicolantonio

Fl-1 ta’ Ottubru 2018, Eleonora Di Nicolantonio bdiet il-kariga ġdida tagħha ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-KESE, li qabel kien taħt it-tmexxija ta’ Peter Lindvald-Nielsen.

  1. Għadek kif bdejt fil-kariga l-ġdida tiegħek. X’inhuma l-għanijiet prinċipali tiegħek għad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni?

L-għan ewlieni għad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni huwa li jirnexxi fil-kompitu marbuta mal-isfida li 'Nikkomunikaw il-Kumitat', permezz tal-użu tad-diversi għodod disponibbli, mill-aktar tradizzjonali (stqarrijiet għall-istampa, bullettini, fuljetti, eċċ.) sal-aktar reċenti (l-ippubblikar diġitali, il-midja soċjali, eċċ.). Il-KESE huwa istituzzjoni unika fil-panaroma tal-UE u d-Dipartiment tal-Komunikazzjoni, permezz tal-unitajiet fi ħdanu responsabbli għall-stampa, il-preżenza onlajn, iż-żjarat u l-konferenzi, se jkompli jaħdem bla heda biex iwassal il-fehmiet tas-soċjetà ċivili fejn hemm bżonn.

  1. X’inhuma l-fehmiet tiegħek dwar it-tisħiħ tal-viżibilità tal-KESE fir-rigward tal-isfidi ewlenin tal-UE fl-2019?

Dan huwa perjodu mimli diffkultajiet iżda interessanti għall-Unjoni, li jħaddan il-proposti marbutin mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal wara l-2020 (li dwarhom il-KESE kien l-ewwel istituzzjoni li ħa pożizzjoni formali), l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, u l-Brexit li riesaq viċin ferm. Fid-dawl ta’ dan kollu, mhuwiex biss dwar il-viżibilità tal-KESE, iżda wkoll il-potenzjal tal-KESE li jaqdi rwol attiv u utli permezz tal-ħidma tal-membri tiegħu u n-netwerk siewi tagħhom ta’ organizzazzjonijiet. 

  1. Liema rwol tixtieq li l-KESE jiżviluppa waqt il-kampanja għall-elezzjonijiet Ewropej?

Dan l-aħħar, il-Grupp tal-Komunikazzjoni adotta “pjan ta’ azzjoni komplet għall-komunikazzjoni” relatat mal-elezzjonijiet Ewropej b’diversi azzjonijiet u proġetti taż-żgħażagħ (mill-avveniment għaż-żgħażagħ saż-żjarat fil-qafas tal-inizjattiva “going local”). Hija l-uniċità tal-KESE li ser jippermetti li l-membri tagħna jaqdu rwol speċjali fit-tħejjija għall-elezzjonijiet, għaliex jistgħu simultanjament ikunu multiplikaturi (permezz tan-netwerks lokali tagħhom), ambaxxaturi tal-UE u, għaliex le, influwenzaturi

  1. Fid-dawl tal-esperjenza tiegħek ta’ bosta snin fi ħdan il-Kumitat, kif tiddefinixxi s-saħħa konkreta tal-KESE reali meta mqabbel ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE?

Huma l-membri, minkejja r-risku li nirrepeti ruħi. Peress li huma l-vuċi ġenwina tas-soċjetà ċivili organizzata.

  1. X’inhu l-motto tiegħek, il-prinċipju fundamentali li jiggwida l-azzjonijiet tiegħek u ħsibijietek?

“Isma’ li qed tgħidlek qalbek, imma aħseb b’moħħok ukoll!” (ehp)