Nasserixxu mill-ġdid il-valuri tal-Ewropa

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-ħarsien, il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-wirt ta’ valuri tagħna, bi tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej li jmiss

Fit-12-il Seminar dwar il-mezzi tax-xandir tas-soċjetà ċivili, li se jsir f’Ateni mit-22 sat-23 ta’ Novembru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jagħti ħarsa lejn il-valuri Ewropej bħala parti mill-wirt Ewropew. Lejliet l-elezzjonijiet Ewropej, se jsiru tliet bordijiet biex jiddiskutu l-isfidi u kwistjonijiet jaħarqu fl-Ewropa kontemporanja, bħall-multikulturaliżmu, is-solidarjetà li qed tonqos, in-nazzjonaliżmu u l-illiberalism li qed jiżdiedu, u l-kwistjoni ta’ x’tista’ tagħmel is-soċjetà ċivili biex tipproteġi Ewropa li tiddefendi l-wirt ta’ valuri tagħha — ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt.

Ma setgħax jintgħażel post aħjar minn Ateni fil-Greċja għal dan is-seminar, fejn filosfi bħal Socrates, Platun u Aristotlu għallmu l-filosofija, il-politika, l-etika, l-estetika u ħafna aktar.