Edvard Stepančič u l-kostruzzjoniżmu transkonfinali

Flimkien mas-sessjoni plenarja ta’ Ottubru, wirja ta’ pittura intitolata "Edvard Stepančič u l-kostruzzjoniżmu transkonfinali” se tiġi ppreżentata fil-Foyer 6. Din il-wirja tinkludi kollezzjoni privata ta’ 21 xoghol tal-arti oriġinali u se tiġi inawgurata l-Erbgħa 17 ta’ Ottubru fis-13.00 mill-President tal-KESE Luca Jahier.

L-avveniment kulturali ta’ dan ix-xahar huwa organizzat f’kooperazzjoni mal-assoċjazzjoni kulturali "Giuliani nel Mondo" u bl-appoġġ tal-Uffiċċju ta’ Kollegament ta’ Brussell tar-Reġjun Awtonomu ta’ Friuli-Venezia Giulia. Il-wirja se tipprovdi introduzzjoni dwar il-karriera artistika emblematika ta’ Edvard Stepančič, esponent ewlieni tal-moviment tal-arti kostruttivista. (ck)