Food for Thought

F’Novembru, il-KESE ser jospita wirja intitolata Food for Thought< /em> b’25 pittura ta’ żejt fuq it-tila mill-artist magħruf Bruce Thurman. Ippreżentati bil-pretest ta’ ktieb tat-tisjir bl-istampi, il-wirja hija vjaġġ permezz ta’ riċetti differenti tal-Ewropa li jservu ta’ vetrina tal-kulturi differenti tal-ikel.

It-tnedija se ssir b’rabta mal-laqgħa tal-Grupp ta’ Studju Permanenti dwar Sistemi għas-Sostenibbiltà tal-Ikel fit-28 ta’ Novembru. Il-wirja se tkun miftuħa sas-7 ta’ Diċembru. (ck)