Jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel, u jeħtieġ li jiġu protetti l-operaturi kollha

Il-prattiki kummerċjali inġusti jwasslu għal effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali negattivi. Il-katina tal-provvista tal-ikel hija partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti, kif ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Proposta tagħha għal Direttiva dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel mhijiex ambuzzjuża biżżejjed.

“Il-konċentrazzjoni tas-setgħa fil-katina tal-provvista tal-ikel qed tiżdied, u l-bdiewa, il-ħaddiema, l-SMEs u l-konsumaturi huma dawk li jbatu l-aktar. Mhuwiex biżżejjed li wieħed jadotta approċċ ta’ armonizzazzjoni minima. Neħtieġu qafas legali tal-UE li jipprojbixxu kull prattika abbużiva”,itenni Peter Schmidt. Barra minn hekk, il-prodotti agrikoli mhux għall-ikel u l-għalf jeħtieġu wkoll li jkunu protetti mil-leġislazzjoni.

Proposta oħra tal-KESE hija marbuta mal-mekkaniżmi tal-infurzar, li jeħtieġ li jkunu ferm iżjed b’saħħithom u jiżguraw li tiġi protetta l-anonimità tal-ilmentatur. L-infurzar jista’ jieħu l-forma ta’ proċedura speċifika ta’ ombudsman, azzjoni kollettiva u infurzar tal-liġi mill-awtoritajiet. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-ilmenti, il-kuntratti bil-miktub għandhom ikunu obbligatorji, u dan jirriżulta f’aktar ġustizzja fin-negozjati.

Rigward l-ambitu tal-protezzjoni, il-KESE huwa tal-fehma li għandu jiġi estiż għall-operaturi kollha fi ħdan l-UE u lil hinn, minħabba lianke meta l-operaturi l-kbar jisfaw vittmi tal-prattiki kummerċjali inġusti – inevitabbilment, il-pressjoni tolqot l-iżjed atturi dgħajfa fil-katina.

Barra minn hekk, huwa inaċċettabbli l-fatt li l-ikel jinbiegħ the taħt il-prezz tal-kost. “Irridu projbizzjoni effettiva fuq il-bejgħ ta’ beni taħt il-kost tal-produzzjoni in the food trade”, enfasizza s-Sur Schmidt. “Il-produtturi, l-istess bħall-bdiewa, għandhom jitħallsu prezz ġust. Għandhom jirċievu dħul li huwa adegwat għall-investiment, l-innovazzjoni u l-produzzjoni sostenibbli.”(sma)