Il-KESE jappella għal miżuri obbligatorji fuq pjattaformi onlajn sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni

Il-pjattaformi tal-midja soċjali jridu jkunu aktar responsabbli u jirrispettaw regoli stretti. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li dan għandu jirrappreżenta qabża kbira ’l quddiem fl-indirizzar ta’ diżinformazzjoni. Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni hija nieqsa minn passi prattiċi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Fl-opinjoni mfassla minn Martin Siecker u adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE fid-19 ta’ Settembru 2018, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapprova miżuri obbligatorji.

Il-mod kif qed tikber id-diżinformazzjoni organizzata minn diversi atturi statali u mhux statali huwa ta’ theddida serja għad-demokrazija, billi l-funzjonament tajjeb ta’ sistema demokratika huwa mibni fuq ċittadini infurmati tajjeb li jagħmlu għażliet abbażi ta’ fatti affidabbli u fehmiet fdati opinjonijiet.

Waħda mill-problemi ewlenin ta’ diżinformazzjoni hija li huwa kważi impossibbli li wieħed jiċċekkja l-identità tas-sorsi kollha tal-web. Barra minn hekk, persuni u organizzazzjonijiet li joperaw fiċ-ċiberspazju b’intenzjoni malizzjuża jużaw identità falza. "It-teknoloġija mhix tajba jew ħażina, iżda tista’ tintuża b’mod tajjeb jew ħażin. Jiddependi fuq min jinsab warajha,” qal is-Sur Siecker. "Din hija r-raġuni għaliex għandna niġġieldu kontra d-diżinformazzjoni fuq l-istess bażi u nisfruttaw il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda biex ninformaw lin-nies b’mod sikur u korrett,” huwa kkonkluda. (mp)