Il-pjan ta’ azzjoni ambjentali tal-KE huwa nieqes ħafna kemm minn ambizzjoni kif ukoll minn riżorsi

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) wissa li l-pjan ta’ azzjoni ambjentali tal-Kummissjoni Ewropea , immirat lejn it-titjib tal-implimentazzjoni fqira u mhux uniformi tal-liġi ambjentali u governanza tal-UE madwar l-UE, juri nuqqas serju ta’ ambizzjoni u riżorsi, u jipproponi miżuri li huma wisq dgħajfa biex b’mod adegwat u uniformi jissanzjona non-konformità mill-Istati Membri.

“Din hija biss frazzjoni żgħira ta’ dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li tiġi implimentata l-leġislazzjoni ambjentali,” qal l-awtur tal-opinjoni , Arnaud Schwartz. “Aħna naħsbu li nuqqas ta’ konformità mal-liġi tal-UE jeħtieġ li jiġi indirizzat fuq livell għoli adatt u f’waqtu, li mhux qed jiġi propost fil-Komunikazzjoni preżenti.”

Fl-opinjoni tal-KESE li wera f'Opinjoni reċenti, il-Kummissjoni – bħala l-“gwardjan tat-trattat” – għandha tiżgura li r-regoli ambjentali jiġu infurzati u għandha d-dritt li tinstiga proċedimenti ta’ infurzar peress li għandha rwol ewlieni sabiex tipproteġi dan l-interess komuni tal-UE, speċjalment fid-dawl tal-livell attwali serju ta’ degradazzjoni ambjentali.

Madankollu, il-pjan jittratta biss dwar il-bini tal-kapaċità fil-livell tal-Istati Membri. Oġġezzjoni oħra hija li jissuġġerixxi miżuri biss kontra nuqqas ta’ konformità kkaġunata minn konfużjoni jew fehim fqir, mingħajr ma jiġu indirizzati raġunijiet importanti oħrajn bħalma huma n-nuqqas ta’ rieda politika.

Bil-għan li jimmonitorjaw b’mod adatt il-konformità ambjentali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw finanzjament sostanzjali għal persunal addizzjonali, il-KESE kkonkluda. (ll)