Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Mingħajr paċi la hemm tkabbir, la prosperità u lanqas futur

Il-paċi hija għan ta’ min nissieltu għalih kuljum.

Ir-raġuni ewlenija għall-eżistenza tal-Unjoni Ewropea dejjem jintqal li hi li l-UE assigurat il-paċi fost il-membri tagħha għal aktar minn seba’ deċennji. Argument deċiżiv ieħor għall-Ewropa huwa l-mod li bih għenet lill-pajjiżi li kienu jagħmlu parti mill-Blokk tal-Lvant sabiex jintegraw mill-ġdid mal-Punent , xi ħaġa li ma kenitx tkun possibbli f’perjodu daqshekk qasir mingħajr l-Unjoni. L-Unjoni Ewropea tagħti liċ-ċittadini sens ta’ appartenenza u trawwem identità Ewropea.

Aktar

Dati tad-Djarju

22-23/11/2018, Ateni, il-Greċja

It-12-il Seminar tal-KESE dwar il-mezzi tax-xandir tas-soċjetà ċivili - Nasserixxu mill-ġdid il-valuri tal-Ewropa

28/11/2018, Brussell

Summit tal-KESE dwar il-konsumaturi

12-13/12/2018, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

Fil-qosor

Delegazzjoni tal-KESE tiddiskuti dwar id-djalogu soċjali u l-politika taż-żgħażagħ ma’ msieħba Albaniżi

Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ltaqgħu mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Albaniża f’Tirana fl-24-25 ta’ Settembru biex jiddiskutu dwar is-sitwazzjoni tad-djalogu soċjali fl-Albanija u dwar il-politika taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-pajjiż.

Aktar

Ħames mistoqsijiet lil Eleonora Di Nicolantonio

Fl-1 ta’ Ottubru 2018, Eleonora Di Nicolantonio bdiet il-kariga ġdida tagħha ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-KESE, li qabel kien taħt it-tmexxija ta’ Peter Lindvald-Nielsen.

Aktar

#JubelFestival - Il-membri tal-KESE jiddiskutu ideat ġodda għall-futur tal-Ewropa

Opportunità għal skambju ta’ fehmiet u esperjenza ta’ tagħlim, il-Festival Jubel, l-ewwel festival dwar id-demokrazija Ewropea fil-Belġju, sar is-Sibt 22 ta’ Settembru 2018 fil-Park Leopold fi Brussell. Il-membri tal-KESE Pierre Jean Coulon, Ronny Lannoo, Thierry Libaert u Daniel Mareels mexxew dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, dibattitu li kien partikolarment rilevanti fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin.

 

Aktar

Nifhem l-Ewropa bil-lingwa omm tiegħi

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jorganizza wirja intitolata L-UE titkellem il-lingwa tiegħek biex jiċċelebra s-60 anniversarju tal-ewwel att legali tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 1/58, li ddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet tal-UE. Il-wirja hija turija ta’ ġieħ għal Ewropa multilingwi u r-rikkezza tagħha.

Aktar

Aħbarijiet tal-KESE

Proġetti minn 27 pajjiż jikkompetu għall-Premju tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE 2018

#CivSocPrize @EU_EESC

Il-KESE rċieva 148 applikazzjoni għal premju tiegħu, li din is-sena jiċċelebra inizjattivi innovattivi li jippromovu l-identitajiet, il-valuri Ewropej u l-wirt kulturali fl-Ewropa

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), il-vuċi tas-soċjetà ċivili organizzata fil-livell tal-UE, nieda l-premju ta’ EUR 50 000 f’Ġunju. L-applikazzjonijiet, li għalqu fis-7 ta’ Settembru, ġibdu kandidati minn 27 Stat Membru tal-UE, li juri li l-interess tas-soċjetà ċivili fil-premju żdied mill-2017, meta kienu rappreżentati biss 20 pajjiż.

Aktar

Il-KESE jappella għal baġit ambizzjuż tal-UE ta’ mill-inqas 1,3 % tal-ING tal-UE

Waqt dibattitu fil-plenarja f’Settembru ma’ Günther Oettinger (Kummissarju għall-Baġit u l-HR) dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE 2021–2027, il-KESE appella - f’konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew - għal baġit ambizzjuż ta’ mill-anqas 1,3 % tal-ING. Dan il-volum jipprovdi lill-UE bl-għodod sabiex tindirizza l-isfidi attwali u dawk futuri. Ftehim dwar baġit b’saħħtu qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2019 jibgħat messaġġ politiku importanti u jiżgura li l-programmi ta’ nfiq importanti jistgħu jingħataw bidu mingħajr dewmien.

Aktar

Il-konferenza tal-KESE titlob għal impenn ġenwin favur politika ta’ koeżjoni ambizzjuża wara l-2020

Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 jinkludu ħafna aspetti pożittivi iżda mhumiex biżżejjed. Baġit ta’ koeżjoni li tnaqqas b’10 % meta mqabbel ma’ dak preċedenti mhuwiex se jkun biżżejjed biex jaqdi l-bżonnijiet tal-aġenda politika attwali u tal-ambjent. Ftehim aħħari dwar il-baġit tal-UE 2021-2027 jeħtieġ jintlaħaq qabel l-elezzjonijiet tal-UE tal-2019, fid-dawl tal-isfidi li qed tiffaċċja l-UE.

Aktar

It-tnaqqis tad-disparità bejn is-sessi fil-qasam diġitali jsaħħaħ il-PDG b’EUR 16-il biljun

Id-disparità bejn is-sessi fil-qasam diġitali hija konsegwenza tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa, li tibda sa mit-tfulija bikrija. Il-KESE jissuġġerixxi approċċ f’diversi livelli u politiki olistiċi li jindirizzaw is-sorsi differenti tal-inugwaljanza

Aktar

Jeħtieġ tiġi garantita protezzjoni soċjali adatta lill-ħaddiema fir-relazzjonijiet kollha ta' impjieg

L-aċċess għall-protezzjoni soċjali huwa element ewlieni f’soċjetà aktar ġusta, iżda għal ħafna persuni fis-suq tax-xogħol tal-Ewropa u b’mod partikolari għal dawk f’forom ġodda ta’ xogħol jew għal dawk li jaħdmu għal rashom, dak l-aċċess qed isir dejjem iktar inadegwat, wissa l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fl-Opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali.

Aktar

Preżentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Minority SafePack” fil-KESE

Fil-plenarja tal-KESE tal-20 ta’ Settembru, l-inizjaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ECI), “Minority SafePack”, ippreżentaw it-talba tagħhom, li hija mmirata biex ittejjeb il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u dawk lingwistiċi fl-Ewropa

Aktar

Ir-regoli tal-konsumatur għandhom kemm iħarsu l-konsumaturi kif ukoll jgħinu lill-kummerċjanti jiffaċċjaw it-tfixkil ikkawżat miż-żieda dejjem tikber tal-kummerċ elettroniku fl-Ewropa

Ir-rappreżentanti tan-negozji u tal-konsumaturi fil-livell Ewropew ilkoll laqgħu b’mod biered il-proposta tal-Kummissjoni dwar Patt Ġdid għall-Konsumaturi fis-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-20 ta’ Settembru. Huwa u jieħu pożizzjoni dwar il-pakkett, il-Kumitat staqsa jekk il-Patt il-Ġdid jissodisfax il-wegħda li l-leġislazzjoni tal-konsumatur fl-Ewropa tkun adatta għall-era diġitali. Fil-fehma tal-KESE, l-enfasi fuq l-infurzar effettiv tar-regoli attwali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur kellha tkun prijorità.

Aktar

Il-KESE jitlob li jkun hemm IA inklużiva li tipprijoratizza lill-ħaddiema meta t-teknoloġija intelliġenti tiġi introdotta fil-post tax-xogħol

L-UE jeħtieġ li tiżgura li r-rivoluzzjoni tal-IA ma tipperikolax il-kwalità tax-xogħol fl-Ewropa. L-interazzjonijiet bejn il-ħaddiema u l-magni għandhom jiġu rregolati sabiex il-bnedmin qatt ma jsiru eżekuturi tal-magni, jargumenta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’rapportadottat fil-plenarju tiegħu ta’ Settembru.

Aktar

Jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel, u jeħtieġ li jiġu protetti l-operaturi kollha

Il-prattiki kummerċjali inġusti jwasslu għal effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali negattivi. Il-katina tal-provvista tal-ikel hija partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti, kif ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Proposta tagħha għal Direttiva dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel mhijiex ambuzzjuża biżżejjed.

Aktar

Il-KESE jappella għal miżuri obbligatorji fuq pjattaformi onlajn sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni

Il-pjattaformi tal-midja soċjali jridu jkunu aktar responsabbli u jirrispettaw regoli stretti. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li dan għandu jirrappreżenta qabża kbira ’l quddiem fl-indirizzar ta’ diżinformazzjoni. Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni hija nieqsa minn passi prattiċi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Fl-Opinjoni mfassla minn Martin Siecker u adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE fid-19 ta’ Settembru 2018, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapprova miżuri obbligatorji.

Aktar

Il-proposta ġdida tas-suq diġitali tal-Kummissjoni se tipproteġi lill-SMEs

Ir-regolament il-ġdid dwar is-suq uniku diġitali propost mill-Kummissjoni Ewropea mhux biss se tipproteġi l-kummerċ elettroniku għall-konsumaturi, iżda – għall-ewwel darba – ukoll l-SMEs. In-negozji li joperaw fuq pjattaformi onlajn u l-magni tat-tiftix se jkunu f’pożizzjoni li jsolvu kunflitti possibbli barra mill-qorti. Dan huwa l-progress enfasizzat fl-Opinjoni mħejjija minn Marco Vezzani u adottata mis-sessjoni plenarja tal-KESE fid-19 ta’ Settembru 2018.

Aktar

Il-pjan ta’ azzjoni ambjentali tal-KE huwa nieqes ħafna kemm minn ambizzjoni kif ukoll minn riżorsi

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) wissa li l-pjan ta’ azzjoni ambjentali tal-Kummissjoni Ewropea , immirat lejn it-titjib tal-implimentazzjoni fqira u mhux uniformi tal-liġi ambjentali u l-governanza tal-UE madwar l-UE, juri nuqqas serju ta’ ambizzjoni u riżorsi, u jipproponi miżuri li huma wisq dgħajfa biex b’mod adegwat u uniformi jissanzjona non-konformità mill-Istati Membri.

Aktar

Il-KESE jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni biex jinvestu f’mobilità intelliġenti sikura u sostenibbli

il-President tal-KESE, Luca Jahier u l-Kummissarju Ewropew għat-Trasport, Violeta Bulc, ħadu sehem f’dibattitu mqanqal dwar il-mobilità fis-sessjoni plenarja tal-KESE tal-20 ta’ Settembru 2018. Qafas regolatorju xieraq għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport li tiffunzjona tajjeb, id-diġitalizzazzjoni fit-teknoloġija tat-trasport bl-art, interoperabbiltà aħjar bejn id-diversi sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ stradali eżistenti u l-investiment f’elettriku nadif kienu fil-qalba tad-dibattitu mal-membri tal-KESE.

Aktar

Il-KESE jirrakkomanda li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa wara l-2020 tkun aktar b’saħħitha

Baġit aktar b’saħħtu, aktar sinerġiji bejn in-netwerks, appoġġ tekniku kontinwu, impenn affermat mill-ġdid favur l-investiment fi proġetti tal-elettriku u użu doppju tal-infrastruttura ċivili-militari. Fl-Opinjoni li fasslu flimkien Aurel Laurențiu Plosceanu u Graham Watson, li ġiet approvata waqt il-plenarja tal-KESE fid-19 ta’ Settembru 2018, il-KESE jappoġġja b’mod ġenerali r-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għall-perjodu 2021–2027 u jindika oqsma fejn hemm lok għal titjib.

Aktar

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-mudell soċjali Ewropew – possibbli nżommuh f’dinja globalizzata?

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Biex nibqgħu nirnexxu fil-qasam soċjali, neħtieġu suċċess ekonomiku. Sabiex jiġi żgurat li l-mudell soċjali Ewropew jibqa’ sostenibbli, irridu ntejbu l-effiċjenza tiegħu u nżidu l-produttività tal-Ewropa. Dawn kienu l-konklużjonijiet ewlenin tad-diskussjoni dwar "The European social model – can we still afford it in a globalised world?" ("Il-mudell soċjali Ewropew – possibbli nżommuh f’dinja globalizzata?"), li saret f’Sopot, il-Polonja, fis-27 ta’ Settembru 2018.

Aktar

Inrażżnu l-ewroxettiċiżmu

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Grupp tal-Ħaddiema ltaqa’ dan ix-xahar fi Vjenna biex jiddiskuti dwar il-presidenza Awstrijaka, u dwar it-theddid li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema u ċ-ċittadini fl-Ewropa u l-istrateġiji tat-trejdjunjins biex jindirizzawhom.

Aktar

Il-ġlieda kontra l-populiżmu tolqot lil kulħadd

mill-Grupp tal-KESE Diversità Ewropa

Il-progress ekonomiku u l-istabilità soċjali huma żewġ armi eċċellenti sabiex jiġi miġġieled l-Ewroxettiċiżmu, iżda dawn mhumiex biżżejjed. Waqt konferenza li saret bil-kooperazzjoni tal-Kamra tax-Xogħol ta’ Vorarlberg f’Feldkirch, l-Awstrija, fil-11 ta’ Ottubru 2018, il-grupp tal-KESE Diversità Ewropa ħares lejn kif u għaliex il-populiżmu feġġ fl-UE u enfasizza r-rwol ewlieni li s-soċjetà ċivili tista' taqdi fil-ġlieda kontrih.

Aktar

Daqt fl-avvenimenti kulturali / tal-KESE

Nasserixxu mill-ġdid il-valuri tal-Ewropa

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-ħarsien, il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-wirt ta’ valuri tagħna, bi tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej li jmiss

Fit-12-il Seminar dwar il-mezzi tax-xandir tas-soċjetà ċivili, li se jsir f’Ateni mit-22 sat-23 ta’ Novembru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jagħti ħarsa lejn il-valuri Ewropej bħala parti mill-wirt Ewropew.

Aktar

Edvard Stepančič u l-kostruzzjoniżmu transkonfinali

Flimkien mas-sessjoni plenarja ta’ Ottubru, wirja ta’ pittura intitolata "Edvard Stepančič u l-kostruzzjoniżmu transkonfinali" se tiġi ppreżentata fil-Foyer 6. Din il-wirja tinkludi kollezzjoni privata ta’ 21 xoghol tal-arti oriġinali u se tiġi inawgurata l-Erbgħa 17 ta’ Ottubru fis-13.00 mill-President tal-KESE Luca Jahier.

Aktar

Food for Thought

F’Novembru, il-KESE ser jospita wirja intitolata Food for Thought< /em> b’25 pittura ta’ żejt fuq it-tila mill-artist magħruf Bruce Thurman. Ippreżentati bil-pretest ta’ ktieb tat-tisjir bl-istampi, il-wirja hija vjaġġ permezz ta’ riċetti differenti tal-Ewropa li jservu ta’ vetrina tal-kulturi differenti tal-ikel.
 

Aktar