Ħarsa minn ġewwa: Il-KESE – Rapport tal-Attività tal-KESE 2017

Kull min jixtieq jagħti ħarsa globali lejn l-attivitajiet u l-kisbiet tal-KESE fl-2017 għandu jagħti daqqa t’għajn lejn dan il-fuljett – verżjoni mqassra tar-Rapport sħiħ ta’ Attività Annwali tal-KESE maħsuba kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-istituzzjonijiet.

Min talab il-fehma tal-KESE fl-2017? Fuq liema kwistjonijiet ħadem il-KESE? Liema kienu l-kisbiet ewlenin tiegħu? Min kien min u min għamel xiex fil-KESE fl-2017? X’kienet l-ispiża tal-ġestjoni tal-KESE? Tista’ tiskopri dan kollu u iżjed f’din il-pubblikazzjoni mexxejja u faċli għall-qari.

Il-fuljett, miżgħud b’infografika, elementi viżwali u ritratti, huwa disponibbli bil-FR, l-EN, il-DE, l-ES, it-IT u l-PL, kemm fuq il-karta kif ukoll fis-sit web tal-KESE hawnhekk: https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/qe-al-18-001-en-n.pdf.

Tista’ tikseb kopja stampata hawnhekk: vipceseateesc [dot] europa [dot] eu. (fgr)