Dikjarazzjoni minn Luca Jahier, President tal-KESE, u Isabel Caño, Viċi President għall-Komunikazzjoni, dwar in-nirien traġiċi fil-Greċja

Dikjarazzjoni minn Luca Jahier, President tal-KESE, u Isabel Caño, Viċi President għall-Komunikazzjoni, dwar in-nirien traġiċi fil-Greċja

F’isem il-Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew nixtiequ nassiguraw lill-poplu tal-Greċja bis-solidarjetà sħiħa tagħna.

Il-ħsibijiet tagħna jmorru għall-vittimi u l-familji li qed jibku t-telf tal-għeżież tagħhom f’din it-traġedja.

Inħeġġu bil-qawwa lill-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-miżuri kollha possibbli biex tappoġġja lill-Gvern Grieg bħala reazzjoni għal dan id-diżastru naturali.

Din il-katastrofi u oħrajn simili li qed jolqtu lil pajjiżi oħra fl-Ewropa huma l-konsegwenza tat-tibdil fil-klima u huma sinjal ċar.

Il-KESE bħalissa qiegħed jaħdem fuq opinjoni dwar id-diżastri naturali fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea. Bit-titolu "Strengthening the EU's civil protection response RescEU" (Insaħħu r-reazzjoni tal-protezzjoni ċivili tal-UE: RescEU), se ssir votazzjoni dwarha fil-plenarja ta’ Ottubru tal-Kumitat.

Hawnhekk naffermaw mill-ġdid ir-rieda tagħna li nindirizzaw it-tibdil fil-klima u nitolbu miżuri mmirati li għandhom jiġu implimentati fil-livell Ewropew u nazzjonali biex iħarsu l-ambjent f’konformità mal-ftehimiet ta’ Pariġi.