María Echevarria, Segretarja Ġenerali ad interim tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mill-10 ta' Lulju 2018, wara d-deċiżjoni tal-Bureau tal-KESE, María Echevarria bdiet taġixxi bħala Segretarja Ġenerali ad interim tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, sakemm jinħatar Segretarju Ġenerali ġdid.

Qabel ma saret il-Kap tad-Direttorat għall-Affarijiet Ġenerali fl-1 ta' Lulju 2010 tal-Kumitat, Maria Echevarria ħadmet fl-amministrazzjoni pubblika Spanjola f'Madrid kif ukoll fi Brussell, fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Hija kellha responsabbiltajiet relatati mal-agrikoltura, is-sajd, l-ambjent, l-affarijiet marittimi, ir-riċerka, is-saħħa u s-sigurtà alimentari kemm fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Spanja għall-UE (2006-2010), kif ukoll fil-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Affarijiet Marittimi f'Madrid (2004-2006) u fil-Kummissjoni Ewropea (2000-2004).

Omm ta' tifel ta' 12-il sena, il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali tagħha u l-familja hija sfida li taffaċċja b'entużjażmu. Minbarra li tħobb ħafna l-għawm, hija tipprattika wkoll il-yoga u tħobb il-mixjiet fil-kampanja u l-vjaġġi fuq il-baħar. (eh)