Intraprendituri Afrikani żgħażagħ fil-qalba tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali

In-Netwerk tal-Partijiet Interessati Ekonomiċi u Soċjali Afrika-UE jqis liż-żgħażagħ fl-Afrika bħala atturi ewlenin għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Afrika. Il-laqgħa annwali tagħhom iffokat fuq iż-żgħażagħ fl-Afrika bħala l-forza mexxejja għall-iżvilupp ekonomiku u bħala il-grupp tal-età li l-migrazzjoni tikkonċernah l-aktar.

Il-parteċipanti semmew fid-dikjarazzjoni finali, li "r-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet Afrika-UE huwa li jingħata kontribut regolari u strutturat għalI-istrateġija UE-Afrika u li ssir enfasi dwar il-bżonn li jieħdu sehem fi pjattaformi adatti biex jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-korpi politiċi bl-għan li jiżguraw il-governanza tajba u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini".

Żgħażagħ intraprendituri Afrikani mill-Burkina Faso, il-Kenja, is-Sważiland u l-Madagaskar, li jirrappreżentaw id-diversità ġeografika tal-Afrika, ippreżentaw l-istejjer tagħhom ta’ suċċess. Permezz ta’ dan, huma wrew kemm iż-żgħażagħ fl-Afrika huma enerġetiċi u għandhom sens ta’ intraprenditorija, filwaqt li jinkoraġġixxu u huma ta’ ispirazzjoni għan-nies madwar l-Afrika u l-Ewropa.  < em > "L-iżvilupp ekonomiku qiegħed hemm. Għandna bżonn l-għodod, mhux fondi Ewropej. Jeħtieġ li noperaw aħjar fl-Afrika nkella se niġu lkoll fl-Ewropa,” qalFahiz Diallo, intraprenditur żagħżugħ mill-Burkina Faso, li qed imexxi negozju ta’ kostruzzjoni b’elementi prefabrikati.

Dawn il-konklużjonijiet tal-laqgħa se jintbagħtu lill-istituzzjonijiet tal-UE u Afrikani u lill-awtoritajiet politiċi bħala l-kontribut mill-atturi mhux statali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika. < /p >