Daqshekk aktar privatizzazzjoni tal-ilma, jgħid il-KESE

Il-KESE jemmen li Direttiva aġġornata dwar l-Ilma tax-Xorb - li ssegwi l-inizjattiva taċ-ċittadini Right2Water - għandha tkun ibbażata fuq il-linji gwida tad-WHO. Din għandha tħaddan id-dritt tal-bniedem għall-aċċess għall-ilma. L-opinjoni tal-KESE Id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb titlob li titwaqqaf il-privatizzazzjoni tal-ilma u trid tara miżuri li jimmotivaw lin-nies jagħmlu użu għaqli ta' din ir-riżorsa limitata. Il-Kumitat irid ukoll li l-problemi potenzjali fl-industrija tal-ilma minerali jiġu antiċipati.

Il-KESE jiddispjaċih għall-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni ma tirrikonoxxix b'mod ċar id-dritt tal-aċċess universali għall-ilma tax-xorb u s-sanitazzjoni mitluba mill-inizjattiva ECI u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Il-mudell tad-WHO, ibbażat fuq kwantitajiet minimi ta' ilma għal kull persuna kuljum, jista' jkun għażla vijabbli.

"L-ilma tax-xorb huwa prodott bażiku li huwa essenzjali għas-saħħa, il-benesseri u d-dinjità ta' kull bniedem kif ukoll huwa kruċjali għall-attività ekonomika u produttivà, u ma għandux jibqa' jiġi privatizzat" qal Gerardo Larghi, rapporteur għal opinjoni

Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa li jimmiraw kemm l-individwi u l-industrija kif ukoll l-agrikoltura biex jiskoraġġixxu l-użu sproporzjonat tal-ilma.

Miżuri antiċipattivi li jinkludu r-ristrutturar tal-industrija u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema tagħha għandhom jgħinu biex itaffu r-riperkussjonijiet mistennija fuq il-produtturi tal-ilma minerali. (sma)