Nerġgħu niksbu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE

mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Sessjoni strutturata ta’ skambju ta’ ideat organizzata mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE fl-20 ta’ Lulju ħeġġet lill-parteċipanti biex jaħsbu b’mod mhux konvenzjonali u joħorġu b’ideat għas-Summit ta’ Sibiu dwar il-Futur tal-Ewropa.

L-avveniment kien intitolat Nerġgħu Niksbu l-Fiduċja taċ-Ċittadini fl-UE u qajjem il-mistoqsijiet ewlenin li ġejjin:

  • X’għandhom ikunu l-prijoritajiet globali/orizzontali tal-UE?
  • Kif għandha terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini: il-promozzjoni ta’ politika soċjali Ewropea effettiva, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u d-difiża ta’ sistema ta’ migrazzjoni ġusta?
  • Kif għandu jiġi stimulat tkabbir ekonomiku bbilanċjat u jiġu protetti d-drittijiet?
  • Kif għandu jitwassal ambjent sostenibbli fi sħubija?
  • Kif għandha tiġi promossa u kkomunikata b’mod effettiv l-Ewropa, filwaqt li jittaffew il-biżgħat populisti u tas-sigurtà?
  • Xi jridu aktar l-Ewropej u kif tista’ l-UE twassal dan?

L-avveniment ta bidu għall-kontribut tal-Pjan Direzzjonali tal-KESE Minn Krakow sa Sibiu u lil hinn fil-11 ta’ Ġunju, billi stieden lill-korpi kollha tal-KESE – it-tliet Gruppi, is-Sezzjonijiet, l-Osservatorji u l-gruppi temporanji – biex jiddefinixxu l-prijoritajiet tagħhom għall-futur tal-Ewropa fid-dawl tas-Summit ta’ Sibiu f'Marzu 2019.

Ġew enfasizzati diversi ideat relatati maż-żgħażagħ, l-iżvilupp sostenibbli, l-SMEs, il-paċi, id-drittijiet fundamentali, il-professjonijiet liberi, forom ġodda ta’ kooperazzjoni, l-istipular ta’ regoli, it-trasparenza, l-innovazzjoni soċjali u l-komunikazzjoni dwar l-Ewropa.

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi se jinħadmu bħala lista sħiħa ta’ prijoritajiet fil-futur qarib. (ih)