Arti kontemporanja Awstrijaka esebita fil-KESE

Austria Contemporary tesebixxi selezzjoni żgħira iżda rappreżentattiva ta' xogħlijiet mill-kollezzjoni ta' arti kontemporanja tar-Repubblika tal-Awstrija, li tiffoka fuq xogħlijiet maħluqa dan l-aħħar u li toffri għarfien dwar il-metodi ta' ħidma u x-xejriet fl-atti kontemporanja. L-esibizzjoni hija waħda mill-inizjattivi organizzati mill-KESE flimkien mal-Presidenza Awstrijaka tal-UE.

Nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju, il-KESE ospita l-ftuħ tal-esibizzjoni. Luca Jahier, il-President tal-KESE, il-membri Awstrijaċi tal-KESE u Juliane Bogner-Strauß,Ministru Federali għan-Nisa, il-Familji u Żgħażagħ, laqgħu numru kbir ta' mistiedna fil-Kumitat. Għal din l-esibizzjoni attendew aktar minn 400 persuna, inkluż ħafna mill-artisti li kienu qed jesebixxu x-xogħol tagħhom. Bħala parti mill-programm għal-lejla kien kemm spettaklu mużikali mid-Duo Aliada li rebaħ bosta premjijiet.

Austria Contemporary se tkun esposta sal-14 ta' Settembru flimkien mal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala avveniment kulturali tal-KESE marbut mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u appoġġjat mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija għall-UE.

Ix-xogħlijiet kollha esposti huma mill-Artothek tal-Gvern Federali Awstraljan, l-istitut li jospita x-xogħlijiet kreattivi mixtrija bħala mezz biex jiġi pprovdut appoġġ lill-arti.

Aktar informazzjoni u ritratti mill-ftuħ huma disponibbli online fuq: https://www.eesc.europa.eu/en/agenda/our-events/events/austria-contemporary (ck)