
Għeżież qarrejja,
Ewropa li tipproteġi huwa l-motto li l-Awstrija għażlet għall-presidenza b’rotazzjoni tal-UE li għandha sal-31 ta’ Diċembru. Huwa motto li jista’ jiġi interpretat f’diversi modi: Ewropa li tipproteġi liċ-ċittadini tagħha mill-faqar bl-implimentazzjoni ta’ pilastru soċjali robust, mill-mard bl-applikazzjoni tal-aqwa miżuri tal-kura tas-saħħa, mill-inġustizzja u l-persekuzzjoni billi tistabbilixxi sistema legali ekwa u ġusta, eċċ. Jista’ jinftiehem ukoll bħala Ewropa li tagħti kenn lil dawk li qed jaħarbu mill-persekuzzjoni u l-inġustizzja, il-faqar jew il-gwerra.