Il-Kisbiet tal-KESE fl-2018 – inħarsu lura, inħarsu ’l quddiem

Il-fuljett “Il-kisbiet tal-KESE fl-2018 – inħarsu lura, inħarsu ’l quddiem” jistabbilixxi xi punti ewlenin tal-ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-2018.

Filwaqt li jagħti stampa tal-isforzi kontinwi tal-KESE biex jissodisfa l-mandat mogħti lilu aktar minn sittin sena ilu, il-fuljett jieħu wkoll l-opportunità biex iħares ’il quddiem u jitgħallem dak li se jiżgura li l-Kumitat jibqa’ l-vuċi ċara u attiva tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa. Tista’ tniżżlu bl-Ingliż mis-sit web tal-KESE. Lingwi oħrajn (il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol, il-Pollakk u l-Olandiż) se jkunu disponibbli dalwaqt. (as).